Philosophy Sharing Foundation

The mission of Philosophy Sharing is
to bring together philosophy enthusiasts;
to inspire, strengthen and
promote philosophical activity
in the Maltese Islands;
and to contribute towards society
through Philosophy

Home

Featured article

L-Internet u d-Demokrazija

.

by Dr Jean Buttigieg
 


Id-demokrazija hija mod ta’ kif nagħmlu l-politika li tirrispetta l-liberta’ tal-espressjoni ta’ kull individwu u tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fit-tmexxija tal-pajjiż.  L-Internet huwa, bla dubju ta’ xejn, mezz qawwi kif dawn iż-żewġ miri tad-demokrazija jistgħu jintlaħqu. 


Izda, sfortunatament, minn numru ta- studji li saru, jirrizulta li t-tip ta’ diskussjoni politika li qegħda ssir fuq l-Internet hija ‘l-bogħod ħafna minn dik li Jurgen Habermas kiteb fuqha fil-ktieb tiegħu, ‘The Structural Transformation of the Public Sphere,’ fil-1962.  Għal Habermas, diskussjoni politika rażżjonali trid tkun imfassla fuq żewġ valuri ewlenin li huma l-ugwaljanza u r-rispett reċiproku.  Ta’ spiss, wiehed jew l-ieħor minn dawn il-valuri huma neqsin.


Eċċezzjoni għal dan huwa s-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea, Futurum li ġie mwaqqaf fil-2001.  Dan is-sit jipprovdi opportunita’ biex iċ-ċittadini jesprimu l-opinjoni tagħhom fuq dak kollu li għandu x’jaqsam mall-Ewropa.  Fost uħud mir-raġunijiet għas-suċċess ta’ dan is-sit elettroniku huwa l-mod kif ġie iddiżinjat s-sit u l-ingaġġ ta’ nies li kellhom għal qalbhom it-temi diskussi. 


Dan ifisser li l-potenzjal tal-Internet biex ikun mezz ewlieni għad-diskussjoni politika u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini hemm qiegħed – li hemm bżonn huwa li nedukaw in-nies jagħmlu użu aħjar ta- dan il-mezz uniku ta’ kommunikazzjoni li jippermettilek tagħti l-kontribut tiegħek b’ mod dirett, ħaġa li qabel l-invenzjoni tal-Internet, ma kienitx possibli.


Cass Sunstein, fil-ktieb tiegħu, Republic.com tal-2009, jagħmel kumment interessanti fuq id-drawwa li daħlet li nippersonalizzaw l-informazzjoni li nirċievu fuq il-kompjuter tagħna tali mod li mexxjin għal sitwazzjoni fejn ma jibqgħux aktar ‘esperjenzi komuni’ li bħala membri tas-soċjeta’ ssoltu ngħixuhom flimkien.  Jagħti l-ezempju tal-aħbarijiet u jimmaġina sitwazzjoni fejn kullħadd jibda’ jirċievi aħbarijiet fuq dak biss li jkun għazel hu li jirċievi – jekk inħobb il-futbol, nirċievi biss aħbarijiet fuq il-futbol u jekk inħobb il-festi, nirċievi biss aħbarijiet fuq il-festi!  Il-personalizzazzjoni tal-Internet hija,għal Sunstein, theddida kbira għad-demokrazija ghax iġġib fix-xejn dawk l-esperjenzi komuni li għandhom rwol importanti ħafna f-soċjeta’ demokratika.


Mill-banda l-oħra, Manuel Castells, fil-ktieb tiegħu, Networks of Outrage and Hope: Social Movements in the Internet Age,- tal-2012, juri kemm l-Internet kellu rwol importanti fil-ġlieda għad-demokrazija ta’ numru ta’ pajjizi għarab, fosthom it-Tunezija u l-Eġittu.  Bħala mezz ta’ kommunikazzjoni, l-Internet għin biex dawk li kienu qegħdin jipprotestaw, setgħu jwasslu l-messaġġ tagħhom fil-ġlieda għad-demokrazija lil kull min kellu aċċess għall-Internet, ġewwa u barra l-pajjiz.  Hemm vlog interessanti ħafna fuq Youtube li juri l-effett uniku tal-Internet.  Dan il-vlog jismu, Asmaa Mahfouz and the vlog that helped spark the revolution in Egypt.

 
 

This short article was submitted by Dr Jean Buttigieg following his talk at Philosophy Sharing's monthly public meeting held on 6 August 2014.

Visit the Wikipedia 'Philosophy in Malta' page

We are situated in MALTA (Europe).
Click
here to get to know our country.

 

Be sure not to miss our
next upcoming activity:

1 October 2014
Luciano Restaurant, Valletta
7.00 pm - 8.30 pm

Follow us on